L-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista approva l-proċess biex hekk jista’ jiskatta l-proċess li permezz tiegħu se jkun elett Mexxej ġdid.
In-nomini se jinfetħu nhar it-Tnejn 9 ta’ Diċembru u jagħlqu l-Erbgħa 11 ta’ Diċembru 2019.
Il-Konferenza Ġenerali se ssir nhar it-Tnejn 6 u t-Tlieta 7 ta’ Jannar, 2020.
F’każ ta’ iktar minn żewġ kandidati jkun hemm vot fis-7 ta’ Jannar biex l-iktar tnejn li jġibu ammont ta’ voti jgħaddu għall-votazzjoni tal-Kungress.
Il-Kungress se jsir fl-10, 11 u 12 ta’ Jannar, 2020, bil-votazzjoni mill-membri eleġibbli ssir fil-11 ta’ Jannar.
Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Laburista flimkien mal-istrutturi rispettivi ser tkun responsabbli mill-proċess elettorali kollu.