Maria Pisani, mill-Fondazzjoni Integra, saħqet li kemm il-ħaddiema u anke r-refuġjati li qed jgħixu f’Ħal Far għandhom bżonn jingħataw aktar appoġġ.
Pisani qalet dan mal-MaltaToday b’reazzjoni għal dak li seħħ matul il-lejl li għadda meta immigranti kissru u qabbdu uffiċini u vetturi fiċ-ċentru miftuħ ta' Ħal Far.
Fil-kummenti tagħha, Pisani saħqet li dak li seħħ matul il-lejl li għadda kienu xeni tad-dwejjaq iżda lanqas ma kienu xi sorpiża.
Pisani insistiet li ħafna huma mbeżża’.
Mistoqsija x’wassal għall-irvell, Pisani saħqet li jista’ jkun hemm xi informazzjoni iżda għadhom qed jipprovaw jikkjarifikaw aktar ir-raġuni, waqt li talbet għal investigazzjoni.
Appellat lill-awtoritajiet biex jiddjalogaw aktar mal-fondazzjoni bil-għan li jiżdied l-appoġġ iżda anke biex jinstabu soluzzjonijiet aħjar.