Baġit | L-Għotja fuq xiri ta' apparat speċjali għall-persuni b'diżabbiltà se titla' għal €1000

Bħala parti mir-riforma fl-Assistenza għal Diżabbiltà se tiġi mwessa' l-kriterji mediċi sabiex persuni neqsin mis-smiegħ jew li ma jitkellmux isiru eliġibbli għall-Assistenza għal Diżabbiltà meta jagħlqu s-sittax il-sena

Fid-diskors tiegħu tal-Baġit, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li l-Gvern se jkun qed jkompli jinvesti fi skema ta’ assistenza għall-persuni b’diżabbiltà u jkopri parti sostanzjali mill-VAT li jitħallas fuq apparat speċjali. Hu spjega li l-għotja tal-Gvern se titla minn €400 sgħal €1000

Bħala parti mir-riforma fl-Assistenza għal Diżabbiltà se tiġi mwessa' l-kriterji mediċi sabiex persuni neqsin mis-smiegħ jew li ma jitkellmux isiru eliġibbli għall-Assistenza għal Diżabbiltà meta jagħlqu s-sittax il-sena.

Apparti minn hekk tħabbar ukoll li se jiżdiedu miżuri sabiex itejbu il-provvedimenti tal-liġi tas-Sigurtà Soċjali. "B’hekk il-Gvern se jkun qed jgħin aktar lil persuni vulnerabbli biex jibbenefikaw minn Assistenza għal mard mhux kontributorju irrispettivament mir-rata tal-pensjoni tal-armla jew armel," sostna l-Ministru.

More in Politika