Illum il-Budget. Ħafna jkunu qed jistennew kemm se togħla l-paga, l-istipendju jew il-pensjoni. Iżda ħafna proposti oħra jitħabbru waqt id-diskors tal-Ministru għall-Finanzi.
Illejla, s-sit illum.com.mt se jkun qiegħed iwaslilkom l-aqwa proposti mill-budget 2020 u dawk il-proposti li l-akar se jolqtuk direttament.
Fit-3:00pm, il-Ministru għall-Finanzi jibda maratona twila, bl-ewwel impenn tiegħu tkun laqgħa mal-ġurnalisti li matula jispjega wħud mill-proposti tal-Budget.
Wara jibqa' sejjer San Anton biex jippreżenta l-Budget lill-President tar-Repubblika.
Minn hemm, jirritorna l-Belt Valletta biex fil-Parlament iħabbar il-Budget.
Ibqgħu segwu dan is-sit għall-aħħar dettalji dwar il-budget.