The Malta Independent ordnata tħallas €5,000 f’danni lil Keith Schembri u Malcolm Scerri

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat sentenza tal-ewwel Qorti u ikkundannat lill-Malta Independent tħallas €5000 f’danni ta' libell lil Keith Schembri u Malcolm Scerri.

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza tal-ewwel Qorti u ikkundannat lill-Malta Independent tħallas €5000 f’danni ta' libell lil Keith Schembri u Malcolm Scerri.

Fl-ewwel sentenza,  il-Maġistrat Francesco Depasquale kien iddeċieda li meta l-gazzetta kienet reġgħet kitbet, kważi fit-totalità tiegħu, artiklu ta’ Daphne Caruana Galizia dan kien ifisser l-ġurnal għamel l-allegazzjonijiet ta' Caruana Galizia  tiegħu.

Fis-sentenza li tikkonferma d-deċiżjoni tal-Maġistrat, l-Imħallef Joanne Vella Cuschieri qalet bl-artikli l-qarrejja wasslu biex jemmnu li l-investigazzjoni li għamlu referenza għalija, "konvenjentement wasslu l-qarrej biex jemmen xi ħaġa flok oħra. Apparti l-Imħallef qalet li l-artikli ppruvaw jikkonfermaw l-allegazzjonijiet li kienet għamlet Daphne Caruana Galizia u naqsu milli jitkellmu dwar l-informazzjoni li probabbilment kienet kaġun ta’ żball amministrattiv."

Fuq nota simili, l-Imħallef qalet li l-gazzetta kienet ippermettit kummenti malafamanti fuq il-portal tagħha, “mingħajr ma kienu kontrollati jew iċċensurati.” Fis-sentenza tagħha hi ddikjarat li l-ammont ta’ danni mogħtija kien ġustifikat u li s-sentenza għandha sservi bħala lezzjoni għall-ġurnalisti kollha.

Apparti minn hekk il-ġimgħa l-oħra f'każ separat, il-Qorti tal-appell bidlet id-deċiżjoni tal-ewwel Qorti li kienet ikkundannat il-gazzetta 'The Malta Independent' biex tħallas €3,000 f’danni lil Brian Tonna u Karl Tini ta’ Nexia BT. Fid-deċiżjoni tiegħu, l-Imħallef Anthony Ellul saħaq li l-gazzetta kellha kull dritt tistaqsi l-mistoqsijiet.

Il-każ fil-qosor

L-artiklu inkwistjoni kien ippubblikat f’Mejju tal-2016 bit-titlu: “Panama Papers: HSBC investigation expected into alleged fraudulent documents vouching for Keith Schembri and Malcolm Scerri”.

Dakinhar stess, kien ippubblikat artiklu ieħor: “Updated: Keith Schembri, Malcolm Scerri deny fraudulent documents allegations”.

L-ewwel artiklu kien jgħid li l-HSBC kienet se tinvestiga l-preżentazzjoni ta’ dokumenti foloz li jirrigwardaw lil Keith Schembri u lil Malcomn Scerri. Dan l-artiklu kien relatat ma’ artiklu li kienet ippubblikat Daphne Caruana Galizia u li fih kien hemm inkluż żewġ dokumenti tal-bank, ta’ Keith Schembri u anke ta’ Malcomn Scerri datati 27 ta’ Mejju 2013.

L-indirizz fuq dawn id-dokumenti kienu tal-fergħa tal-bank ta’ Ħ’Attard, iżda Caruana Galizia kienet kitbet li din il-fergħa kienet ilha magħluqa minn Frar tal-2012.

Reazzjoni Nexie BT

Intant, b'reazzjoni, Brian Tonna ta' Nexia BT laqa' d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell li l-artiklu kien wieħed libelluż, speċjalment meta wieħed jikkunsidra l-kummenti ppubblikati taħt l-artiklu.

Huwa saħaq li l-kummenti kienu miktuba b'tali mod li l-qarrejja tal-gazzetta jemmnu l-allegazzjonijiet foloz tar-rapport.

More in Politika