Fi tlett ijiem jiddaħħlu f'Malta kważi 200 immigrant

Illum waranofsinhar il-Forzi Armati salvaw u daħlu Malta 56 immigrant

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Il-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermaw mas-sit illum.com.mt li 56 immigrant iddaħħlu Malta llum waranofsinhar.

L-immigranti ġew salvati minn fuq dgħajsa li kellha bżonn l-għajnuna u li kienet fż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta.

Dan huwa t-tieni grupp ta’ immigranti li ġew salvati fl-aħħar sigħat wara li 45 immigrant ġew salvati lbieraħ u ddaħħlu Malta għall-ħabta tas-6:30pm.

Din il-ġimgħa stess iddaħħlu wkoll 90 immigrant ieħor li ġew salvati mill-Gwardji tal-Kosta Taljani u trasferiti fuq bastiment tal-Forzi Armati ta’ Malta.

More in Politika