Żagħżugħ qed isofri minn ġrieħi gravi wara li spiċċa taħt il-karozza li hu stess kien qiegħed isuq.
L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, taħt il-mina li tagħti għal Ħal Kirkop.
Jirriżulta li ż-żagħżugħ, li għandu 18-il sena, kien qiegħed isuq il-karozza meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat mal-ħajt.
Mal-impatt, il-bieba tal-karozza nfetħet, biż-żagħżugħ jispiċċa tar mill-vettura u nqabad taħtha.
Huwa ttieħed Mater Dei għall-kura, filwaqt li żagħżugħ ieħor ta' 17-il sena li kien miegħu ma sofra l-ebda ġrieħi.
Ritratt: One News