Laqgħa bejn l-MTA u l-operaturi tas-sunbeds u umbrelel tal-Għadira

Laqgħa bejn l-MTA u l-operaturi tas-sunbeds u l-umbrelel fl-Għadira

L-Għadira (Arkivji)
L-Għadira (Arkivji)

Il-Ministeru għat-Turiżmu ta direzzjoni lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu biex issejjaħ immedjatament laqgħa mal-operaturi kollha li għandhom servizzi ta’ kiri ta’ sunbeds u umbrelel li joffru servizzi fil-bajja tal-Għadira.

Dan wara diversi ilmenti mill-pubbliku li s-sunbeds u l-umbrelel mikrijin qed jieħdu wisq spazju fuq l-istess bajja. L-operaturi ta' din il-bajja ingġataw konċessjoni fl-2013 biex ikunu jistgħu jpoġġu s-sunbeds tagħhom f'żoni mmarkati għalihom. 

Il-Ministruu Konrad Mizzi iżda qed jgħid li jixtieq ibiddel dawn iż-żoni biex aktar spazju jkun riżervat għall-pubbliku. "Il-konċessjonijet huma kbar wisq," saħaq Mizzi. 

Din il-laqgħa mistennija sseħħ aktar tard illum.

 

 

More in Politika