Il-Kumitat Eżekuttiv tal-PN ilbieraħ filgħaxija rrikonoxxa l-validità taż-żewġ petizzjonijiet mressqa fil-ġranet li għaddew u unanimament qabel li l-mistoqsija fil-Kunsill Ġenerali għandha tkun dik imressqa mill-Kap tal-partit.
Il-mistoqsija li se jagħżel il-Kap tal-PN Adrian Delia se tiddetermina l-futur politiku tiegħu bħala Kap.
Fl-aħħar ġranet tressqu żewġ petizzjonijiet, waħda b'madwar 150 firma ta' Kunsilliera, li titlob li jiltaqa' l-Kunsill Ġenerali biex tiddeċiedi dwar Delia u oħra b'madwar 500 firma ta' Kunsilliera, li tagħti appoġġ lil Delia.