Joseph Muscat mistenni jibqa' Prim Ministru ta' Malta għaż-żmien li ġej, probabilment sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan kien ikkonfermat mal-illum.com.mt minn sorsi fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Illum Muscat ma kienx fost dawk li se jingħataw kariga importanti fit-tmexxija tal-Unjoni Ewropea, anke jekk il-midja tal-Partit Laburista qed tinsisti li hu kien qrib ħafna li jsir President tal-Kunsill Ewropew.
Bl-aħħar żviluppi, issa jidher li tiġrija fil-Partit Laburista għall-ogħla kariga se tkun posposta għal wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss jew ximkien viċin.
Intant il-Ġermaniża Ursula Von De Leyen se tkun qed tmexxi l-Kummissjoni Ewropea, bħala l-ewwel mara f'kariga simili.