Il-prezzijiet tal-ikel jikkalmaw f'Mejju u jiġi rreġistrat tnaqqis

Skont ċifri tal-NSO f'Mejju il-prezzijiet tal-ikel naqsu meta mqabbel ma' dawk ta' April, kontra x-xejra fl-aħħar xhur

Għall-ewwel darba fl-aħħar xhur il-prezzijiet tal-ikel raw tnaqqis f'Mejju li għadda wara xejra li rat il-prezzijiet dejjem telgħin. Fil-fatt skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Isatistika minn indiċi ta' 106.3 l-inflazzjoni f'dan is-settur naqset għal 106.09, minn April għal Mejju. rispettivament. Minkejja dan, l-ikel jibqa' l-fattur prinċipali għall-inflazzjoni hekk kif ir-rata annwali ta' dan kien ta' 4.8% u allura kkontribwixxa għall-akbar rata ta' inflazzjoni fost il-prodotti u servizzi oħrajn f'termini ta' inflazzjoni.

Il-prezzijiet tal-ikel, li għal fini ta' dan l-eżerċizzju jinkludu wkoll il-prezzijet f'ristoranti u take aways, kienu segwiti mill-prezzijiet tal-akkomodazzjoni (housing) li f'rata annwali kkontribwew għal 2.4% tal-inflazzjoni totali għax-xahar li għadda. 

L-akbar tnaqqis kien fil-prezzijiet tal-ħwejjeġ u żraben biex b'1.6% kien l-uniku grupp ta' prodotti u servizzi li ra tnaqqis fil-prezzijiet. 

More in Politika