Puli jippubblika filmat ta' Marlene fuq l-ispalla waqt li partitarji jkantaw kontra l-PN

Puli jiddeskrivi lil Marlene Farrugia u lill-Partit Demokratiku bħala mażra ma' saqajn il-Partit Nazzjonalista

Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Clyde Puli fetaħ il-kanuni kontra d-Deputat Marlene Farrugia u ddeskriva lill-Partit Demokratiku bħala mażra ma' saqajn il-Partit Nazzjonalsta.

Puli tefa' filmat ta' Marlene Farrugia fuq l-ispalla f'wieħed mill-każini f'Ħaż-Żebbuġ, fejn il-partitarji jinstemgħu jkantaw kliem baxx kontra l-Partit Nazzjonalista.

"Tajnihom il-palk, il-midja u żewġ siġġjiet parlamentari. Imbagħad bil-wiċċ tost riedet issir kap tagħna. U meta ridna nċedu siġġu minn tagħna għall-kap tagħna riedet tqabbad kandidat tagħha biex tieħdu hi," kiteb Puli fuq il-midja soċjali tiegħu.

 

Kien hawn li akkuża lil Marlene u anke lil Godfrey Farrugia, li fil-filmat jidher warajha, li llum qed "jiżfnu u jifirħu mar-ritmu tal-mibegħda kontrina."

"B'din il-mażra ma' saqajna u bi hsara ohra ridna nipprovaw ntejjbu l-pozizzjoni tal-PN fl-aħħar xhur," saħaq Puli.

F'waħda mill-hashtags li kiteb taħt il-post tiegħu, Puli saħansitra ddeskriva l-PD bħala: "lifgħa f'ħobbitna."

 

More in Politika