X'qed tgħid l-istilla tiegħek?

L-oroskopju mill-Ħadd 2 ta’ Ġunju sas-Sibt 8 ta’ Ġunju

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

In-new moon għaż-żodijaku għalik bħala Aquarius ser jagħmlek tagħraf aktar minn qatt qabel dak li int qed tesperjenza madwarek u dak biss li huwa importanti għalik. Agħraf sib lilek innifsek u x’hemm bżonn isir sabiex int tissaħħaħ għal dak li fil-ġimgħat li ġejjin sabiex b’hekk dak li dejjem xtaqt, takkwistah.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 8   

L-istilla li se tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

In-new moon għaż-żodijaku għalik bħala Pisces ser jagħmlek tagħraf sabiex tkattar aktar iċ-ċirku kemm tiegħek u anke ta’ madwarek. Dan minħabba l-opportunitajiet li hemm resqin. Int ma tistax tibqa’ tgħix fil-passat, anzi għandek tużah bħala għodda għalik sabiex timxi b’aktar determinazzjoni f’dak li tħoss li huwa utli għalik.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 4, 5 u 7

L-istilla li se tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Capricorn

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

In-new moon għaż-żodijaku għalik bħala Aries ser jagħmlek tagħraf dik il-qawwa kollha ta’ ġo fik għax b’hekk se tħoss li dak li qed twettaq verament ġej minnek biss, però issa wasal iż-żmien li għandek tieħu xi forma ta’ gwida sabiex bejn dak li tħoss ġewwa fik u bejn il-gwida, tirċievi u tagħraf tkattar aktar dak kollu li riesaq. Irrifletti sew.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: kannella u aħmar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 6

L-istilla li se tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Virgo

 Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.  

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

In-new moon għaż-żodijaku għalik bħala Taurus ser jagħmlek tagħraf li deċiżjoni li tant ilek taħseb dwarha issa huwa l-mument li twettaqha. Issa huwa dak il-mument li tagħtija dak id-dawl li tant għandha bżonn. Għalkemm int tħossok xi ftit eċitat iżda ppreżenta u ħejji lilek innifsek tajjeb u agħmel dan il-pass li tant ilek taħseb dwaru.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 4, 6 u 8     

L-istilla li se tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Sagittarius Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

In-new moon għaż-żodijaku għalik bħala Gemini ser jagħmlek tagħraf li wasal il-mument għalik li ifisser bidu ta’ bidla kbira għalik minn dak li hemm indikat fiż-żodijaku tiegħek dan ser ikun l-ewwel pass lejn direzzjoni ġdida li se tkun tiffoka fuqha. Żomm saqajk mal-art u agħraf il-qawwa tiegħek sabiex l-avvanz li se twettaq ikun mistħoqq lilek.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 4, 5 u 7  

L-istilla li se tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Cancer

Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

In-new moon għaż-żodijaku għalik bħala Cancer se jagħmlek tħoss kollox bħal ġej bil-kontra tiegħek. Forsi qed tippretendi ċertu attenzjoni iżda m’intix tirċeviha. Xorta waħda aħseb li int għandek tkompli għaddej u xorta waħda trid tagħraf li riesaq dak il-mument li int taqdef għal rasek. Int persuna mimlija b’ħafna enerġija pożittiva, taqtax qalbek.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 6 u 7  

L-istilla li se tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Pisces

 Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

In-new moon għaż-żodijaku għalik bħala Leo ser jagħmlek tagħraf tħares fil-profond ġewwa fik. Jekk int trid tibqa’ miexi b’rittmu li issa ilek ftit mhux ħażin li int qbadt allura agħraf iktar dak li tħoss ġewwa fik u ibqa’ miexi. Biex int tibqa’ għaddej kif int ma tistax togħġob lil kulħadd. Ovjament huwa tajjeb li żżomm bilanċ. Agħraf.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:2, 5 ,6 u 8

L-istilla li se tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Scorpio

Leo huma magħrufin bħala persuni umli

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

In-new moon għaż-żodijaku għalik bħala Virgo ser jagħmlek sodisfatta li fl-aħħar dik l-aħbar li ilek tistenna finalment waslet. Din sejra ġib bidla magħha li int suppost imħejji sew għaliha kemm għall-karriera tiegħek u kemm għal dak li għaddej madwarek. Il-fatt huwa li issa tista’ tippjana aħjar u tħares ’il quddiem b’aktar pożittività.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 8  

L-istilla li se tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Leo

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

In-new moon għaż-żodijaku għalik bħala Libra se jagħmlek tagħraf aktar dwar l-imġiba tiegħek. Int m’intix tinduna b’dawk ta’ madwarek li qegħdin iħossuk li m’intix tkun is-soltu kif magħruf li tkun. Jista’ jkun kaġun ta’ ċertu pressjoni jew responsabbiltà li kibret madwarek. Għalhekk hemm bżonn li fl-iqsar żmien possibbli tagħraf lil dawk ta’ madwarek aktar.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 4, 5 u 7

L-istilla li se tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Aquarius

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

In-new moon għaż-żodijaku għalik bħala Scorpio ser jagħmlek li trid tagħraf toffri dak li taf li fil-jiem li ġejjin. Dan huwa l-mument fejn int issa, minħabba din is-sitwazzjoni trid turi l-ħiliet u l-kapaċitajiet tiegħek u minn hawn ’il quddiem il-karriera tiegħek sejra tieħu xejra ta’ bidla. Dan ser jagħmlek tagħraf aktar ħiltek ta’ kif int kapaċi tilqa’ għal dak li ġej.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 7 u 8  

L-istilla li se tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Gemini

 Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

In-new moon għaż-żodijaku għalik bħala Sagittarius ser jagħmlek tħares ’il quddiem aktar. Hemm bżonn tagħmel sforz qawwi sabiex il-passat ikun ktieb magħlu u bil-mod tibda tħares ’il quddiem. Dan il-pass jekk ma tagħmlux illum xorta trid tagħmlu fil-ġimgħat li ġejjin. Dan sabiex tkattar dak li huwa tant pożittiv u bżonjuż.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: roża u isfar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 6 u 7

L-istilla li se tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Taurus

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

In-new moon għaż-żodijaku għalik bħala Capricorn se jagħmlek tagħraf li wasal il-mument li tagħmel eżami tal-kuxjenza sabiex tagħraf aħjar x’inhu importanti għalik. Issa huwa dak il-mument li trid tagħraf il-pass li jmiss u toqgħodx tibża’ minn ċertu bidliet, dawn ser ikunu ta’ benefiċċju u sodisfazzjon.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 3, 5 u 7  

L-istilla li se tagħtik enerġija pożittiva ġejja minn Aries

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Politika