Ilbieraħ ħafna kienu għajnejhom fuq iż-żewġ partiti l-kbar u r-rebħiet li kienu se jagħmlu iżda f’nofs l-għajjat u xi kultant tensjoni fis-sala tal-għadd tal-voti, kien hemm Steve Zammit Lupi, żagħżugħ li rnexxielu jitla’ sparat fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ, minkejja li ħareġ bħala kandidat indipendenti.
Fill-fatt, Zammit Lupi rnexxielu jġib 947 vot fl-ewwel għadd.
Fl-ewwel kummenti tiegħu lil MaltaToday, Zammit Lupi saħaq li dan huwa sinjal li l-elettorat qed jimmatura u li l-votanti mhux neċessarjament qed iħarsu biss lejn iż-żewġ partiti l-kbar.
“Aħna qed nitkellmu fuq kunsilli lokali. Jekk persuna hija denja li tirrappreżentak fil-kunsill lokali, għalfejn ma għandekx tivvutalu?” staqsa l-kunsillier żagħżugħ.
Kien hawn li saħaq li dan għandu jkun rifless ukoll f’lokalitajiet oħra u li l-partiti politiċi ma għandhomx għalfejn jiddominaw il-kunsilli.