X'inhu d-distakk li qed jimmiraw għalih il-PN u l-PL? Għada....

Għada, l-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd ILLUM se tippubblika l-aħħar miri għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, analiżi tad-diskorsi fil-Kunsill/Konferenza Ġenerali, artiklu dwar l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u intervista ma' Cyrus Engerer

Il-miri għad0distakk bejn il-parititi
Il-miri għad0distakk bejn il-parititi

Għada l-gazzetta ILLUM se tkun qed tippubblika l-aktar miri riċenti tal-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u liema distakk qed jaraw li se jkun hemm bejniethom. 

Il-gazzetta ILLUM se tanalizza wkoll id-diskorsi ta' Joseph Muscat u Adrian Delia fil-Konferenza u l-Kunsill Ġenerali rispettivament, kif ukoll l-ewwel minn żewġ artikli dwar ir-riżultati tal-elezzjonijet tal-Kunsilli Lokali fl-aħħar snin. 

Wara li l-ġimgħa l-oħra l-gazzetta ILLUM intervistat lill-kandidat tal-Partit Nazzjonalista Peter Agius, għada se tkun ippublikata intervista ma' Cyrus Engerer. Nistaqsuh dwar il-passat tiegħu mal-PN, għalfejn għandhom jivvutawlu n-nies, Simon Busuttil u xi jrid jagħmel fl-Ewropa 

More in Politika