'Ma nistgħux nħallu l-qagħda ekonomika tajba tal-pajjiż talludina li m'hawnx faqar'

George Vella issa uffiċjalment l-10 President tar-Repubblika ta' Malta 

George Vella, President ta' Malta
George Vella, President ta' Malta

Ftit mumenti ilu t-tabib George Vella ħa l-ġurament tal-ħatra fis-Sala tal-Gran Kunsill ġewwa l-Palazz tal-Gran Mastru, u b'hekk il-President elett uffiċjalment sar l-10 President tar-Repubblika ta' Malta.

Fl-aktar parti formali ta' din ċerimonja f'kamra mimlija mistiedna distinti fosthom presidenti emeriti, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, Vella ingħata dan il-ġurament mill-ispeaker tal-Parlament Anglu Farrugia. Waqt din iċ-ċerimonja l-President qara l-proklama u b'hekk ingħata r-responsabbiltà li jkun it-tarka tal-Kostituzzjoni. Wara l-proklama, l-President iffirma l-istrumenti tal-ħatra bħala Kap tax-Xirka Ġieħ ir-Repubblika. Din il-parti taċ-ċerimonja kienet issiġillata bid-daqq tal-fanffara u l-isparaturi tas-salut.

Il-President jisħaq dwar l-importanza tal-għaqda fil-pajjiż u jsemmi l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u Karen Grech

Fl-ewwel diskors tiegħu Vella sostna li ma nistgħux inħallu l-qagħda ekonomika tajba tal-pajjiżna talludina u naħsbu li f'pajjiżna m'hawnx faqar. 

l-President qal li se jkun qed jinteressa ruħu fis-settur li hu tant ħadem fih, dak tas-saħħa. "Irrid nara li l-etika medika tibqa tiġi rispettata, mill-ewwel nifs sal-aħħar." Apparti minn hekk huwa qal li l-edukazzjoni hi vitali għall-futur ħieni ta' pajjiżna u għalhekk se jkun qiegħed jiffoka wkoll fuq dan is-settur.

Il-President zied jgħid li se jaħdem bi sħiħ sabiex il-pajjiż jissaħħaħ fl-għaqda nazzjonali. " Irrid ikollna djalogu matur nieqes mill-attakki personali."

Fid-diskors tiegħu, Vella qal ukoll li se jkun qiegħed jsus fuq l-ambjent ta'madwarna fosthom il-kwalità tal-arja u temperatura tad-dinja.

Appella lid-Deputati parlamentari sabiex waqt id-dibattiti tagħhom jużaw lingwanċ li jagħmel ġih lil ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. 

Vella għamel aċċenn partikolari għal każijiet varji ta' qtil politiku fosthom ta' Karen Grech u Daphne Caruana Galizia. Skontu l-għaqda trid tinħass billi jkun hemm sigurtà fil-pajjiż.

Bhala l-ewwel wrija ta' din l-għaqda l-President qal li jrid jara l-elezzjoni prospettiva titmexxa b' maturità politika.

Irrid nara li l-etika medika tibqa tiġi rispettata, mill-ewwel nifs sal-aħħar Il-President George Vella

Vella tkellem dwar Id-diskussjoni li se twassal għar-riforma kostituzzjonali, li ilha għaddejja għal diversi snin però li fl-aħħar xhur intesifikat. Il-Konvenzjoni qed tiddiskuti materji relatati direttament mal-irwol u l-portafol tal-President fosthom, kif dan jiġi maħtur u l-poteri eżekuttivi.

Malta fi rwol diplomatiku fi kwistjonijiet Ewro Mediterranju

Minn naħa l-oħra Vella li huwa rinomat għal kwalità ta tagħrif diplomatiku saħaq li Malta għanda rwol importanti x'tilgħab fil-kwistjonijiet ewro Mediterranji. 

"Biex jirnexxilna dan kollu il-President qal li jitlob. L-għajnuna t'Alla u ta kull ċittadin Malti."

Min hu George Vella?

George Vella huwa eks-Ministru tal-Affarijet Barranin Laburista u se jieħu post Marie Louise Coleiro Preca. 

Vella huwa tabib tal-familja popolari fiż-Żejtun fejn jgħix u kien elett għall-ewwel darba fl-1976 u dam fil-Parlament sal-2017. Hu kien b'mod attiv appoġġja l-kandidatura ta; Joseph Muscat għat-tmexxija tal-partit wara li fl-1992 kien hu stess li kien mitlub jsir Mexxej Laburista, offerta li hu m'aċċettax.

Vella kien ukoll Viċi Prim Ministru  meta l-Partit Laburista kien fil-Gvern immexxi minn Alfred Sant. 

Il-President George Vella, fiż-Żejtun ftit qabel ma nħatar President
Il-President George Vella, fiż-Żejtun ftit qabel ma nħatar President

More in Politika