Ritratti | Graffitti 'jassedjaw' il-binja tal-Awtorità tal-Ippjanar
Dan biex isemmgħu leħinhom kontra l-bini ta' pompi tal-petrol
More in Politika
Dan biex isemmgħu leħinhom kontra l-bini ta' pompi tal-petrol
Dalgħodu, il-Moviment Graffitti beda dak li qiegħed isejjaħ bħala "assedju simboliku" fuq il-binja tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Fi stqarrija, Moviment Graffitti saħaq li qed jagħmlu dan biex isemmgħu leħinhom kontra l-pompi tal-petrol "massiċċi u bla bżonn" li qed jinbnew.
Aktar tard, il-Moviment se jkun qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet biex jagħti aktar dettalji dwar din l-azzjoni tagħhom.