Tfajla l-isptar wara ħabta bejn tliet karozzi

L-inċident seħħ ftit wara t-tlieta ta' waranofsinhar bi traffiku jinġema' mhux biss fi Triq Mikiel Anton Vassalli imma anke fil-madwar

Żagħżugħa ta' 21 sena ddaħlet l-isptar wara li kienet involuta f'ħabta bejn tliet karozzi fi Triq Mikiel Anton Vassalli, taħt il-mina li tagħti għall-Paceville.

L-inċident seħħ ftit wara t-tlieta ta' waranofsinhar bi traffiku jinġema' mhux biss fit-triq imma fil-madwar.

Il-vetturi l-oħra involuti kienu misjuqa minn żagħżugħ ta' 18-il sena u raġel ta' 34 sena.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.

 

More in Politika