L-isptarijiet mhux ilaħħqu mad-domanda għad-demm...sejħa urġenti għad-donazzjonijiet

Minħabba din id-domanda kbira, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' G'Manġa ILLUM ser jibqa' miftuħ sad-9:00pm

Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm qed jappella għad-donazzjonijiet tad-demm hekk kif saħaq li ma jistax ilaħħaq mad-domanda għad-demm mill-isptarijiet ta' Malta u Għawdex

Fi stqarrija, intqal kif minkejja li tul il-ġimgħa li għaddiet, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa saru mijiet ta’ donazzjonijiet tad-demm, id-domanda, partikolarmant fl-isptar Mater Dei, hija kbira.

Minħabba din id-domanda kbira, iċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta' G'Manġa ILLUM ser jibqa' miftuħ sad-9:00pm.

Importanti li wieħed miegħu jieħu l-karta tal-identità, jew liċenzja tas-sewqan, inkella passaport Malti u possibbilment iħajjar lil ħaddieħor jagħti d-demm ukoll.  

Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb billi wieħed iżur is-sit: www.blood.gov.mt

Wieħed jista’ wkoll iċempel 7930 7307 jew 80074313.

More in Politika