Parkeġġ taħt l-art se jkun qed jinbena bħala parti mill-kumpless sportiv propost għall-Università ta’ Malta u li se jkun qed jieħu post il-grawnd tal-futbol eżisteni.
Dan il-parkeġġ se jkun qed jilqa’ fih 900 karozza.
Il-parkeġġ kien inkluż fil-pjani wara li s-sena li għaddiet, l-Awtorità tal-Ippjanar talbet lill-Università biex tinkludi parkeġġ f’dan il-proġett.
Dan il-parkeġġ propost se jkun jista’ jintuża wkoll mill-komunità lokali.
Dawn il-pjani l-ġodda ħarġu wara kontroversja sħiħa li qamet il-ġimgħa li għaddiet meta l-Università fetħet il-grawnd għall-parkeġġ bħala miżura temporanja.
Atleti li jużaw it-trakka tal-ġiri ta’ dawn il-grawnd u anke ambjentalisti, ikkritikat din id-deċiżjoni u saħqu li din turi li l-pajjiż iġib l-ewwel u qabel kollox il-karozzi.
Min-naħa tagħha, il-Pro Rettur Carmen Sammut iddefendiet id-deċiżjoni u insistiet li qed jittieħdu miżuri biex jinkoraġġixix aktar lill-istudenti u lill-għalliema u lill-ħaddiema tal-Università biex jużaw trasport alternattiv.