Ikkonfiskat ħut li kien qed jinbiegħ wara li nqabad mit-triq

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jwissi dwar riskji li wieħed jikkonsma ħut li seta' kien diġà mejjet qabad inqabad 

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qal li fl-aħħar sigħat wettaq diversi spezzjonijiet u ġew ikkonfiskati ħut li nqabdu minn persuni waqt il-maltempata tal-bieraħ u li spiċċaw għall-bejgħ.

Fi stqarrija, id-Direttorat qal li minħabba l-fatt li mhux magħruf minn fejn ġej il-ħut li kien qed jinbiegħ, wieħed ma jistax jikkonferma jekk hux sigur li dan jiġi kkonsmat.

Qal li lanqas ma jista jassigura li dawn il-ħut ma kinux diġà mejta meta nqabdu waqt li spjega li dan huwa perikoluż ħafna. Jekk il-ħut kien diġà mejjet, id-Direttorat qal li hemm ċans li l-ħut kien diġà beda jitħassar, u dan jaf iwassal għal ivvelenar minnu stess, minħabba livelli għolja ta’ istamina.

Apparti minn hekk, qal ukoll li ħut li jitrabba fil-fish farms jista’ jkun qiegħed jirċievi trattament mediku u dak ukoll ma jagħmilhomx siguri biex jiġu kkonsmati minnufih.

Temm ifakkar li dan il-ħut li kien għal bejgħ seta’ inġabar jew kien qed jinżamm f'kundizzjonijiet mhux sanitarji.

More in Politika