Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika ħareġ twissija dwra iċ-ċikkulati Twix, Mars u Snickers.
Fi stqarrija, id-Direttorat saħaq li dawn iċ-ċikkulati ma għandhomx jiġu kkunsmati minn persuni li jbatu minn allerġiji kkawżati mill-ikel u dan għax it-tikketta mhijiex bil-lingwa uffiċjali u għaldaqstant ingredejtni li wieħed jista’ jkun allerġiku għalihom jistgħu ma jintgħarfux.
Dawn huma:
Twix: Qamħ, Ħalib, Soja Ġellewż, Lewż, Xgħir u Ħafur
Mars: Ħalib, Xgħir, Soja, Bajd, Karawett u Ġellewż
Snickers: Karawett, Ħalib, Bajd, Sofa u Ġellewż