Nickie Vella de Fremeaux fetħet proċeduri uffiċjali biex tissepara mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
Il-gazzetta oħt MaltaToday qalet li f’ittra datata 21 ta’ Diċembru, l-avukat tagħha talab lill-Qorti tal-Familja biex jibdew il-proċeduri għall-każ ta’ separazzjoni.
Kien f’Ottubru li għadda li fi stqarrija Delia ħabbar li r-relazzjoni tiegħu ma’ martu kienet għaddejja minn “żmien diffiċli.”
Dakinhar, Delia kien talab biex tkun irrispettata l-privatezza tal-familja tiegħu, wara li l-blogger Manuel Delia kien kiteb blog li fih spjega kif Vella de Fremaux kienet bagħtet ittra legali lil Delia titolbu s-separazzjoni.
Minn dakinhar, Vella de Fremeaux infurmat lil Adrian Delia li se tkun qed tipproċedi fil-Qorti għas-separazzjoni.
Il-koppja għandhom ħamest itfal.