Is-sena li ġejja, se tiżdied l-assistenza finanzjarja mogħtija lil dawk il-persuni b’diżabilità severa li assolutament ma jistgħux jaħdmu, bil-għan li fis-snin li ġejjin dawn ikunu qed jieħdu l-ekwivalenti tal-paga minima.
Għalhekk, minn Jannar li ġej, il-pagament se jkun qed jiżdied minn €140 għal €150 fil-ġimgħa.
Iżda mhux biss. L-iskema se tkun qed tiġi estiża għal 600 persuna oħra li d-diżabilità tagħhom mhijiex marbuta ma’ mobilità imma li kundizzjoni tagħhom hija waħda mentali u li minħabba f’hekk ma jistgħux jaħdmu.