L-iżviluppaturi qed jinsistu li minħabba l-ġid ekonomiku li qed jinħoloq fil-pajjiż wasal iż-żmien li anke l-politiċi tiżdidilhom il-paga. "Il-Malta Developers Association (MDA) tħoss illi bl-avvanzi ekonomiċi u ż-żieda fil-livell tal-għixien tas-soċjetà Maltija, li kien esperjenzat fl-aħħar snin pożizzjonijiet Kostituzzjonali, bħal dawk l-impjiegi fl-arena politika, għandhom ikollhom paga ogħla minn dan tal-lum.
L-MDA qalet ukoll illi tinsab fi qbil maż-żidiet fid-dħul tal-ġudikatura li kienu żvelati illum fuq ġurnal lokali.