233 immigrant fosthom ħamest'itfal u seba' nisa jaslu Malta

Erba' vannijiet tal-Pulizija u l-Kummissarju tal-Pulizija nnifsu fil-post...

L-MV Lifeline tasal Malta b'233 immigrant | Ritratt James Bianchi
L-MV Lifeline tasal Malta b'233 immigrant | Ritratt James Bianchi

Il-bastiment MV Lifeline wasal Malta b'233 immigrant abbord wara erbat'ijiem f'taqbida legali ta' min se jaċċettah fil-port. Skont il-Ko-Fundatur tal-Għaqda non-Governattiva (NGO) li kienet qed tieħu ħsieb lill-immigranti abbord dan il-bastiment, fost dawn hemm 17-il mara u ħamest'itfal. 

Erba' vannijiet tal-Pulizija jinsabu f'Boiler Wharf l-Isla fejn wasal il-bastiment u se jibda l-iżbark ta' dawn l-immigranti. 

Il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar jinsab fuq il-post ukoll. 

Se jkunu b'kollox tmien pajjiżi Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li jaqsmu dawn il-233 immigrant bejniethom, għalkemm aktar kmieni illum il-PM Joseph Muscat ma xtaqx jagħti dettalji ta' liema pajjiżi se jieħdu kemm-il immigrant. Il-pajjiżi li flimkien ma' Malta se jieħdu dawn l-immigranti huma l-Italja, Franza, l-Irlanda, l-Lussemburgu, Portugal, Belġju u l-Olanda.

L-MV Lifeline bl-immgranti jidħol Malta | Ritratt James Bianchi
L-MV Lifeline bl-immgranti jidħol Malta | Ritratt James Bianchi

Dan l-artiklu se jkun aġġornata

More in Politika