Il-Moviment Patrijotti fi stqarrija qal li jilqa' l-istedina tal-PM Joseph Muscat biex il-Moviment joħroġ b'soluzzjonijet għall-kwistjoni tal-immigrazzjoni. "Il-Moviment Patrijotti Maltin jilqa' l-istedina tal-Prim Ministru u lest jiddibatti miegħu l-problemi attwali ta’ immigrazzjoni, sigurtà ta’ pajjiżna u popolazzjoni eċċessiva u nsostenibbli."
"Il-Moviment Patrijotti Maltin jittama li l-Prim Ministru jżomm mal-istedina li għamel pubblikament hu stess u jorganizza dibattitu bejn il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Moviment Pattrijotti Maltin Henry Battistino fejn wieħed ikun jista jiddibatti serenament filwaqt li l-pubbliku inġenerali jkun jista' jsegwi diretament dak li jkun qed jintqal," temmet tgħid l-istqarrija.