15-il mediċina ġdida u roħs fil-prezz ta' 23 oħra

Fosthom hemm mediċini li jintużaw f’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali f’każijiet ta’ infjammazzjoni jew uġigħ u f’mard tal-qalb

Il-Gvern dalgħodu ħabbar roħs fil-prezz ta’ 23 mediċina u l-introduzzjoni ta’ 15-il mediċina ġenerika ġdida fis-suq lokali.

Dan tħabbar dalgħodu mis-Segretarju Parlamentari Deo Debattista li spjega kif bir-roħs imħabbar, il-konsumatur se jiffranka sa 40% fil-mediċina.

Fosthom hemm mediċini li jintużaw f’kundizzjonijiet ta’ saħħa mentali f’każijiet ta’ infjammazzjoni jew uġigħ u f’mard tal-qalb.

Dan ir-roħs sar flimkien mal-introduzzjoni ta’ mediċini ġeneriċi u oħrajn simili tal-oriġinatur li jissejħu biosimilars li se skont Debattista se jidħlu fis-suq lokali bi prezzijiet imraħħsa sa 73%. 

“Dan il-gvern kompla jsaħħaħ l-industrija farmaċewtika f’diversi setturi, inklużi oqsma speċjalizzati u avvanzati bħall-mediċini tal-kanċer,” saħaq Debattista.

Faħħar lill-kumpanija Chemi Pharma Limited, li riċentament ingħatat ċertifikat ta’ Good Manufacturing Practice għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali.

Deo Debattista fakkar kif b’investiment ta’ €20 miljun din il-kumpanija Taljana bbażata f’Milan u fil-Brażil espandiet l-operat ta’ manifattura f’Malta.

More in Politika