Il-Bajja tal-Għadira tista' tikber bejn 30 u 40 metru

Il-Ministru għa-Turiżmu Konrad Mizzi kien qal li l-Gvern jixtieq ibiddel il-Bajja tal-Għadira bħala l-aqwa bajja fl-Ewropa.

Il-bajja tal-Għadira tista’ tikber bejn 30 u 40 metru fil-wisgħa jekk jiġu approvati pjanijiet ta’ Projects Malta, l-entitá tal-Gvern responsabbli mis-sħab bejn il-Gvern u l-Privat.

F’Lulju tas-sena li għaddiet, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi kien qal li l-Gvern jixtieq ibiddel il-Bajja tal-Għadira bħala l-aqwa bajja fl-Ewropa.

Aktar tard, f’Awwissu tal-istess sena, il-Ministru kien semma għall-ewwel darba l-idea li l-bajja tikber biex jinħoloq aktar spazju.

Skont informazzjoni li għandu s-sit tal-MaltaToday, il-Gvern qed jittama li b’dan il-proġett jinħoloq bilanċ bejn l-ispazju meħud mill-operaturi privati u aktar aċċess għall-pubbliku li ma jkunx jixtieq jagħmel użu mill-umbrelel u d-deckchairs.

Fost affarijiet oħra, pjanijiet sottomessi mill-kumpanija Environmental Management Design Planning, jinkludu wkoll il-bini ta’ jetty ġdid.

More in Politika