Baġit | Tnaqqis fit-taxxa għas-second time buyers li jbiegħu l-ewwel propjetà

Jekk ix-xerrej ikollu diżabilità it-tnaqqis ikun ikbar 

Min ikun se jixti propjetà biex ibiegħ l-ewwel propjetà tiegħu u ma jkollux propjetà oħra, se jingħata tnaqqis fit-taxxa tal-boll sa’ massimu ta’ €3,000 b’rifużjoni li titħallas b’ċekk.

Jekk ix-xejjer ikollu diżabilità, it-tnaqqis jiżdied għal €5,000.

Ġenituri li magħhom tgħix persuna b’diżabilità jistgħu jikkwalifikaw għal din l-iskema taħt ċertu kundizzjonijiet.

Dawn il-miżuri se jidħlu seħħ wara d-diskors tal-baġit.

More in Politika