Baġit | Aktar tnaqqis ta' taxxa lil min jaħdem

Se jibdew jingħataw iċ-ċekkijiet bħala rifużjoni fit-taxxa mwegħda qabel l-elezzjoni, li jvarjaw minn €44 għal €60

Rifużjoni tat-taxxa
Rifużjoni tat-taxxa

Kull min jaħdem fultajm u partajm se jirċievi ċekk ta’ darba fejn l-ammont li se jingħata se jkun ivarja bejn €40 u €68, skont id-dħul gross mix-xogħol.

Fuq komputazzjoni singola minn jaqla sa’ €15,000 se jingħata €60, minn €15,001 sa’ €30,000 se jingħata €50 u dawk bejn €30,001 u €59,999 €40 ewro.

Dawk li jagħmlu komputazzjoni tal-miżżewġin se jingħataw €68 jekk id-dħul tagħhom ikun sa’ €20,000, dawk li jaqilgħu bejn €20,001 u €40,000 se jingħataw €56 u €44 dawk li jaqilgħu bejn €40,001 u €59,999.

Il-komputazzjoni ġenitur se jingħataw €64 lil dawk li jaqilgħu sa’ €15,000, €52 bejn €15,001 u €30,000 u €40 lil dawk li jaqilgħu bejn €30,001 u €59,999.

Din il-miżura se tiġi tiswa lill-Gvern mal-€10.6 miljun u se jibbenefikaw ftit inqas minn 200,000 persuna li qegħdin fix-xogħol.

More in Politika