Ivan Bartolo mwiegħed konsulenza ma' Delia jekk iċedi s-siġġu

Ma jaċċettax u lanqas jaċċetta t-talba li jerġa jkun assigurat il-pożizzjoni ta' Sindku tal-Mosta jekk jirreżenja mill-Parlament

Ivan Bartolo, Deputat Nazzojnalista
Ivan Bartolo, Deputat Nazzojnalista

Laqgħa li saret f'Ħal Qormi lbieraħ, fl-uffiċċju ta' Clyde Puli mad-Deputat Ivan Bartolo ma ħalliet ebda frott anke jekk it-tim ta' Adrian Delia wiegħed lil Bartolo xogħol. Fil-fatt, jidher illi Bartolo kien mwiegħed li jingħata pożizzjoni ta' konsulent ma' Adrian Delia. F'rapport fuq il-gazzetta Maltatoday kien żvelat illi apparti l-konsulenza, Bartolo kien mwiegħed ukoll li jerġa jingħata l-pożizzjon i ta' Sindku tal-Mosta, kariga li kien jokkupa qabel kien elett fil-Parlament. 

Ivan Bartolo m'aċċettax din it-talba u insista li se jżomm is-siġġu Parlamentari, kif qed jinsistu wkoll dawk l-erba' deputati li telgħu b'elezzjoni każwali s'issa. Dan qed jagħmel l-elezzjoni ta' Delia għall-Parlament waħda problematika, għaliex għal kull Deputat ieħor li jirreżenja jkollha ssir elezzjoni kawali. Biex ma ssirx, Delia jkollu jikkonvinċi kemm lid-Deputati Nazzjonalisti kif ukoll lil dawk tal-Partit Demokratiku 

More in Politika