Comodini Cachia ppakkjat u ssellem għall-aħħar darba l-Parlament Ewropew

L-assistenti tagħha spiċċaw bla xogħol 

L-uffiċċju ta' Comodini Cachia mimli kaxxi ppakkjati b'xogħol ta' dawn l-aħħar snin lesti għal Malta
L-uffiċċju ta' Comodini Cachia mimli kaxxi ppakkjati b'xogħol ta' dawn l-aħħar snin lesti għal Malta

Therese Comodini Cachia għażlet li tkompli l-karriera tagħha politika fil-Parlament Malti meta kkontestat l-elezzjoni Ġenerali mal-Partit Nazzjonalista b'suċċess. Comodini Cachia sa ftit ġimgħat qabel l-istess elezzjoni dejjem stqarret li hi mhix interessata li toħroġ għal politika lokali, iżda jidher li kellha talba mill-Kap tal-PN, Simon Busuttil biex tikkontesta l-elezzjoniji lokali u għamlet dam. 

Il-fatt li l-partit Nazzjonalista spiċċa fuq in-naħa telliefa wassal biex Comodini Cachia għall-bidu kienet telqet is-siġġu tal-Parlament Malti biex terġa tmur Brussell, iżda din id-deċiżjoni xejn ma kienet intlaqgħet tajjeb min-Nazzjonalisti u reġgħet dawret il-ħsieb u b'hekk illum se tkun l-aħħar ġurnata tagħha fi Brussell u nhar is-Sibt tieħu l-ġurament bħala deputat lokali fil-parlament Malti.

Postha fi Brussel mistenni jittieħed minn Francis Zammit Dimech.

L-ILLUM akkwista kopja tar-ritratt tal-karti kollha tagħha fl-uffiċċju ta' Brussell ppakkjati lesti biex jitilqu lejn Malta. L-assistenti tagħha  intemm xogħlhom ukoll u issa jridu jaraw biex isibu xogħol ieħor.

Analisti politiċi nstemgħu jgħidu li l-iżball ta' Therese Comodini Cachia kien li kkontestat l-elezzjonijiet f'Malta meta hi kienet waħda mill-aktar membri parlamentari Ewropej ta' stoffa li kellha Malta u hi maqtugħa aktar għall-Ewropa. 

More in Politika