Distakk ikbar bejn il-partiti mill-elezzjoni tal-2013...iktar minn 38,000 vot

Joseph Muscat waħdu kiseb 27,560 vot fuq żewġ distretti waqt li Simon Busuttil kiseb 20,655 fuq żewġ distretti

Ir-rebħa tal-Partit Laburista f'din l-elezzjoni hija saħansitra ikbar minn dik li akkwista fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Id-differenza fil-voti li ġabu bejniethom iż-żewġ partit kompliet tikber, meta mqabbel mal-elezzjoni tal-2013. Fil-fatt, id-distakk bejn iż-żewġ partiti żdied għal 38,575 vot, meta dan kien madwar 36,000 fl-elezzjoni tal-2013. Dawn il-figuri juru li l-Partit Laburista ġab 56.08% meta mqabbel mal-54.83% tal-2013. Min-naħa l-oħra, il-PN ġab 42.67% meta mqabbel mal-43.34% tal-2013.

Ħarsa lejn il-voti li akkwistaw il-kapijiet tal-partiti, li kienu l-iktar li ġabru voti, turi li Joseph Muscat ġab 27,560 vot fuq żewġ distretti, u Simon Busuttil 20,655 ukoll fuq żewġ distretti.

More in Politika