Simon Busuttil jitfa’ dubji jekk il-powerstation il-ġdida hix verament qed taħdem

Jgħid li l-powerstation tal-gass tinsab taħdem biss fuq cold stand by

ritratt: Chris Mangion
ritratt: Chris Mangion

Waqt li kien qed jitkellem f’konferenza tal-aħbarijiet f’Marsaxlokk, il-Kap tal-Oppożizzjoni, tefa’ dubji dwar jekk verament hux taħdem il-powerstation tal-gass li nfetħet ftit ġimgħat ilu.

Busuttil sostna li hu għandu informazzjoni li din mhix qed tipproduċi elettriku, imma tinstab biss fuq ‘cold stand by’. Saħaq ukoll li qabel l-elezzjoni li għaddiet, Joseph Muscat, fl-ebda mument ma qal li se jkun qed jitfa’ tanker fil-bajja ta’ Marsaxlokk, li sejjaħlu bħala ‘monument ta’ korruzzjoni’. Żied jgħid li lanqas is-supply tal-gass mhix regolari kif ingħad i kellha tkun.

Simon Busuttil qa ukoll kif ir-road map tal-aħħar elezzjoni kienet marketed tajba ħafna għax, “l-uniku skop warajha kien li Keith Schembri u Konrad Mizzi, jagħmlu kemxa flus minn fuq dahar il-poplu. Minn xi mkien riedu jġibuhom il-miljun ewro biex jitfgħuhom fil-kontijiet fil-Panama,” sostna Busuttil.

Fl-istess waqt, il-Kap tal-PN tenna l-proposti tal-Forza Nazzjonali f’dan ir-rigward, fejn fost l-oħrajn ikkommetta ruħu li jitneħħa t-tanker mill-bajja ta’ Marsaxlokk u immedjatament jinbeda x-xogħol fuq il-pipeline tal-gass. Busuttil qal ukoll li se jkunu qed jiġu investigati l-kuntratti dwar it-tanker u l-enemalta, sabiex jittieħdu passi fejn ikun hemm bżonn.

More in Politika