'La nieħu l-ġurament jien, nippubblika r-rapport tal-FIAU'

L-FIAU, Keith Schembri u Konrad Mizzi jinsistu li l-istorja tal-Malta Independent hija gidba

Il-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), iċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri, u l-Ministru Konrad Mizzi, ilkoll ċaħdu l-istorja li ġiet ippubblikata lbieraħ fis-sit tal-gazzetta The Malta Independent, li saħaq li rapport tal-FIAU jixhed li Mizzi u Schembri irċevew xi flus mit-tanker tal-LNG.

Min-naħa tiegħu, waqt konferenza tal-aħbarijiet dalgħodu, il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil sfida lill-FIAU, "li jekk hi tant konvinta mill-istqarrija li għamlet dalgħodu, ippubblikaw ir-rapport." Busuttil saħaq li jekk ma jippubblikawhx huma, "dan jiġi ppubblikat immedjatament wara li nieħu l-ġurament tal-ħatra ta' Prim Ministru."

L-FAIU ċaħdet li hemm xi rapport konklussiv jew ir-rizultanzi li qed jigu allegati. Mizzi, min-naħa tiegħu qal li din l-istorja hija "gidba sfaċċata, li turi l-attentati riċenti ta' Busuttil li jirbaħ l-elezzjoni mill-bieb ta' wara, bil-biża' u tfigħ ta' tajn." Iċ-chief of staff, waqt li saħaq li din hija gidba sħiħa fil-konfront tiegħu u kampanja kordinata ta' tfigħ ta' tajn fil-konfront tiegħu għal iktar minn sena, u saħaq li mhuwiex minnu li hu qatt irċieva xi commission jew ħlasijiet waqt li kellu l-kariga fi ħdan il-Gvern.

More in Politika