Simon Busuttil se jikkontesta l-11 u t-12-il distrett

Kompla fejn ħalla Gorg Borg Olivier


Il-Kap tal-Partit nazzjonalista, Simon Busuttil se jkun qed jikontesta l-11 u t-12-il distrett elettorali kif ħabbar hu stess waqt li kien qed jiġi intervistat fil-programm tal-PBS, Dissett. Busuttil ħabbar li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni fuq dawn id-distretti li jinkludu fihom lill-Imdina, Ħ'Attard, il-Mosta, Burmarrad San Pawl il-Baħar, il-Mellieħa u n-Naxxar

Ifisser ukoll li donnu li Busuttil kompla fejn ħalla l-mexxejja Nazzjonalista Gorg Borg Olivier li kien jikkontesta dawn id-distretti jew parti minnhom kif kienu d-distretti dak iż-żmien. 



 

More in Politika