Il-kumpanija SR Technincs se tkun qed tibni 6-bay hanger ġdid fi proġett ta' investiment ta' €30 miljun.
Waqt l-iffirmar ta' Memorandum of Understanding f'Kastilja, il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona ħabbar dan l-investiment li se jkun qed jara żieda ta' 400 impjieg fi ħdan il-kumpanija biex b'hekk it-total ta' ħaddiema jlaħħaq il-560 ħaddiem.
Il-kumpanija li tagħmel manutenzjoni fuq ajruplani, se tkun qed tibni dan il-hanger fl-Aviation Park ta' Ħal Safi.
Cardona sostna li dan l-investiment huwa xhieda tal-iżvilupp li pajjiżna għamel f'dan is-settur tal-avjazzjoni.