Sandro Chetcuti mitlub joħroġ għall-elezzjoni miż-żewġ partiti

Kemm il-Partit Laburista kif ukoll il-Partit Nazzjonalista avviċinaw lill-Kap tal-MDA bit-tir li jiġbdu lejhom il-fiduċja tal-iżviluppaturi

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi, l-MDA, Sandro Chetcuti qal kif kemm il-Partit Laburista, kif ukoll il-Partit Nazzjonalista avviċinawh sabiex jikkontesta magħhom fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Chetcuti, li kien qed jitkellem fil-programm Xtra mmexxi minn Saviour Balzan, li se jkun qed jixxandar għada l-Ħamis, qal kif iż-żewġ partiti l-kbar xtaquh li jkun kandidat tagħhom fl-elezzjoni. Dan bit-tama li mossa bħal din tkun qed tiġbed lejn il-partit, is-simpatija u l-fiduċja tal-iżviluppaturi, li tagħhom, Chetcuti huwa l-President.

Min-naħa tiegħu iżda, il-President tal-MDA kompla jgħid li hu ma kienx interessat li jikkontesta fl-elezzjoni, u kien qal liż-żewġ kapijiet li ma kienx se jkun qed jikkunsidra tali proposta.

More in Politika