Indikazzjoni li Musumeci jista jkun kandidat laburista fl-elezzjoni ġenerali

Twaqqaf mill-RTK ... skont hu għax ninsabu sena biss bogħod mill-elezzjoni

Robert Musumeci...kandidat tal-PL?
Robert Musumeci...kandidat tal-PL?

Robert Musumeci Perit, Avukat u eks Sindku tas-Siġġiewi mal-Partit Nazzjonalista indika li jista jkun li se jikkontesta l-elezzjoni mal-Partit Laburista.

Dan mhekk kif fuq il-paġna ta' Facebook tiegħu kiteb li temm il-programm tiegħu fuq l-RTK wara 10 snin fejn kien jagħti pariri bħala perit skont deċiżjoni tal-Management il-ġdid tal-RTK.

Fuq il-facebook tiegħu kiteb li jifhem id-deċiżjoni tal-management "meta ninsabu sena biss bogħod mill-elezzjoni ġenerali." Wieħed jistaqsi jekk Robert Musumeci mhux kandidat ma' xi partit għaliex kellu jitwaqqaf minħabba l-elezzjoni.

Sadattant jidher ukoll li anke l-ġurnalist Jesmond Saliba li hu eks-communications officer mal-eks Minitsru Austin Gatt ukoll waqaf mill-programm tiegħu fuq l-RTK, Newsdesk. Din ukoll tista' tkun indikazzjoni li anke Saliba jista jkun illi se jidher bħala kandidat mal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni Ġenerali. Saliba qal biss li hu waqaf minn dan il-programm minħabba l-impenji li għandu. 

 

More in Politika