Tonio Borg fuq il-Kummissjoni 'indipendenti' li se tipproponi bidliet fis-sistema politika

Illum ltaqgħet il-Kummissjoni li waqqaf Simon Busuttil dwar bdil fis-sistema politika....

Tonio Borg
Tonio Borg

Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal illi dalgħodu ltaqgħet, "għall-​ewwel darba il-Kummissjoni indipendenti li se tipproponi bidliet fis-sistema politika Maltija, b’mod partikolari fil-finanzjament tal-partiti u tal-poltiċi. "

Il-Kummissjoni, li twaqqfet mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil ftit jiem ilu, hija mmexxija mill-Imħallef Giovanni Bonello u tinkludi wkoll lill-eks Kummissarju Ewropew, eks Ministru u eks Deputat PM Nazzjonalista Tonio Borg u lil Petra Caruana Dingli li ġejja mis-soċjetà ċivili." 

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil attenda għall-ewwel laqgħa sabiex jippreżenta lill-Kummissjoni it-terms of reference tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu. Fost dawn hemm li jsiru proposti sabiex tinbidel radikalment is-sistema politika f’Malta, b’mod partikolari fil-mod ta’ kif jiġu finanzjati kemm il-partiti politiċi kif ukoll il-politiċi infushom. Dan għandu jsir wara stħarriġ tas-sistemi użati f’dawk il-pajjiżi li huma meqjusa fost l-aktar trasparenti minn Transparency International. 

Fl-ewwel laqgħa, il-Kummissjoni qablet li għandu jsir proċess ta’ konsultazzjoni pubblika sabiex kull min irid joffri l-ideat tiegħu ikun jista’ jagħmel dan.  Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil diġà ħabbar li huwa jara li l-proposti tal-Kummissjoni jiddaħħlu bħala parti mill-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni li ġejja.

Il-Kummissjoni twaqqfet wara li qam il-każ tal-allegati donazzjonijiet mingħand il-kumpanija db lill-Partit Nazzjonalista 

More in Politika