Martin Schulz vs Merkel

L-eks president tal-Parlament Ewropew rebaħ b’vot rekord ta’ 100% tal-voti tal-partit li bihom se jisfida lil Merkel f’Settembru

B’vot qawwi ta' 100%, is-Soċjalisti Ġermaniżi vvutaw lil Schulz biex ikun il-kap ġdid tal-Partit Soċjalista Ġermaniż u l-isfidant ewlieni ta’ Angela Merkel fl-elezzjoni ġenerali fil-Ġermanja f’Settembru li ġej.

Schulz, ta’ 61 sena rebaħ is-sapport taż-żgħażagħ Ġermaniżi fejn anke ġie mlaqqam bħala r-riħ ġdid għall-Ġermanja u rebaħ il-voti kollha (605) tal-konferenza tal-partit li saret il-bieraħ f’Berlin. Dan hu riżultat rekord anke akbar minn dak ta’ wara l-gwerra, Kurt Schumacher li kien rebaħ b’99.71% tal-voti fl-1948

Kummentaturi politiċi qed iqisu li Schulz jista' jkun l-aktar kanċillier popolari minn wara Willy Brandt. 

More in Politika