Fuq l-ILLUM: Aktar dwar l-Urugan Cardona-Galizia li laqat lill-pajjiż fl-aħħar siegħat

....numru ta' opinjonisti, editorjal, karikatura u anke Ministru dwar il-gwerra bejn Cardona u Caruana Galizia...għada fil-ħarġa tal-gazzetta bil-Malti ILLUM

Kulħadd jitkellem fuq Daphne...
Kulħadd jitkellem fuq Daphne...

Din il-ġimgħa forsi bdiet b'kullħadd jitkellem fuq il-pastizzi, iżda l-argument fuq fomm kulħadd, kull gazzetta u bullettin tal-aħabarijiet malajr qaleb fuq l-urugan li nħoloq bejn il-Ministru Chris Cardona u l-blogger Daphne Caruana Galizia.

Trid u ma tridx, taqbel jew taqbilx kull gazzetta kellha tiddedika ftit jew ħafna spazju għall-libell li l-Ministru Cardona fetaħ kontra DCG.

L-ILLUM ma setgħetx ma tkunx parti mill-urugan Cardona-Galizia, u infatti fil-ħarġa t'għada hemm mhux inqas minn seba' paġni li fihom hemm xi ħaġa relatata ma' dan il-każ.Opinjonijiet, artikli, editorjal, l-karikatura tal-gazzetta u mistoqsijiet lill-Ministru dwar il-każ. 

Fil-ħarġa t'għada se tkunu tisgħu taqra ukoll dwar l-użu tal-kannabis għal skopijiet mediċinali u ssiru tafu xi ġralhom Salvu Mallia u l-kelb tiegħu Kekettoni... u xi naqra San Valentinu wkoll. 

More in Politika