'Meta sirt naf bil-ftehim tal-Lowenbrau, iġġennint bil-biża' li mmur il-ħabs'

L-eks kummissarju tal-artijiet jgħid li meta sar jaf bil-kundizzjonijiet li tneħħew minn fuq l-art tal-Lowenbrau, beża' li jmur il-ħabs

L-eks Kummissarju tal-Artijiet, Albert Mamo, meta xehed fil-Qorti dwar il-każ tal-ftehim fuq l-art tal-Lowenbrau f'Ħal Qormi, hu kien qal li meta sar jaf bil-kundizzjonijiet li kienu ġew miftiehma, kien se jiġġennen bil-biża' li jispiċċa l-ħabs. "Meta sirt naf b'dan il-kuntratt, jien iġġennint. Għidt se mmur il-ħabs fuq dan.

Dan intqal f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici, li fiha sostna li din ix-xhieda tkompli titfa' piż fuq id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. 

Fl-istess xhieda li ppubblika l-Ministru Bonnici, intqal kif Albert Mamo qal li ma kienx jaf li sar il-kuntratt, iżda approvatu persuna oħra fid-Dipartiment. Fil-fatt, il-persuna li approvatu, Alfred Bezzina, ġie deskritt minn mamo, li kien inkompetenti, u li saħansitra, lanqas biss kien jaf jagħmel distinzjoni bejn kera u ċens.

More in Politika