Salvu Mallia jibda jikkampanja... b'laqta umoristika

Il-kandidat tal-PN Salvu Mallia juża l-umoriżmu għall-bidu tal-kampanja tiegħu...

Il-Kavallier Salvu Mallia
Il-Kavallier Salvu Mallia

Bdiet il-kampanja Elettorali tal-ewwel kandidat... u ma seta' kien ħadd ieħor ħlief Salvu Mallia, li permezz ta' facebook u bit-tipika laqta umoristika tiegħu, ta bidu għall-kampanja.

Mallia qabbel lilu nnifsu ma' Kavallier...fuq naħa qalbu maż-żgħir u viċin tal-batut u fuq l-oħra jieħu l-ġlieda bl-akbar qawwa għand dawk li joħduha kontra t-twemmin tiegħu...

Il-ħaġa ironika li jqabbel lilu nnifsu ma' Kavallier hija biss li kien propju n-nuqqas tagħhom li jkunu viċin iż-żgħir u l-batut li ġiegħel lill-Maltin jixbaw minnhom!

Salvu Mallia appella wkoll għal dawk li bħalu jħobbu lill-annimali, hekk kif uża l-għażiż kelb tiegħu Kekettu għall-poster ieħor użat fuq facebook. U Kekettu appella lill-elettorat biex "jivvotaw għal Salvu għax iħobbu..."

Jidher li dan il-poster għamel suċċess ma' dawk li jħobbu l-annimali...issa ma nafux jekk hux għax iggustaw lil Kekettu jew għax se jivvotaw għal Salvu Mallia.

More in Politika