Ir-raġel ta' Helena Dalli jisfida lil Salvu biex jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ

Salvu stiednu għal kafè għand Cordina l-Belt

"Ilni nfittxek ġimgħa sur Salvu Mallia sabiex inkun naf għaliex għidt lill-mara tiegħi 'bitch'. Nistgħu niltaqgħu forsi strada reali l-Belt biex inkellmek?" kiteb Patrick Dalli, ir-raġel tal-Ministru Helena Dalli wara li Salvu Mallia għajjarha 'bitch' fuq kumment li tefa'. Min-naħa tiegħu, Salvu Mallia laqa' l-isfida u qallu biex jiltaqgħu għand Cafè Cordina fl-10 ta' filgħodu. 

Jidher li l-isfida għad-dwell intlaqgħet, fejn wieħed jispera li jkun dwell ċivili wiċċ imb wiċċ, u ma joħorġu l-ebda 'sjuf'!!

More in Politika