F'Intervista ma' The Times, Il-president-il ġdid tal-istati Uniti qal li l-poplu Ingliż ivvota għal Brexit għax riedu l-identita tagħhom. Fl-istess intervista Trump qal li jixtieq li jkun hemm ftehim mar-Russja bie xjitnaqqsu l-armi nuklejari. Filwaqt li Obama kien qal li bie xikun hemm ftehim ta' negozju mal-Ingilterra, l-Ingliżi jridu jistennew fit-tarf tal-kju minħabba li ħarġu mill-Ewropa, Trump qal il-kontra fejn wiegħed li d-diskussjonijiet dwar ftehim mal-Ingilterra hu prijorita fl-amministrazzjoni tiegħu."Il-ftehim irid ikun tajjeb u li jaqbel għaż-żewġ naħat"
Trump qal, "Il-popli u l-pajjiżi iridu l-identita tagħhom lura u r-Renju Unit ried l-identita tiegħu. Brexit se jkun xi ħaġa kbira u tajba għal Ingilterra"
Trump li nhar il-Ġimgħa se jieħu postu bħala president uffiċċjalment tkellem ukoll dwar il-kanċillier Angela Merkel fejn qal li għamlet żball meta fetħet il-bibien tagħha għall-immigranti. "Naħseb li għamlet żball katastrofiku li ħadet f'pajjiżha daqshekk immigranti illegali".