'Pajjiżna ġie maħtuf u dis-sena niehduh lura'

Simon Busuttil qabbel lil Gvern mat-tliet rejiet li berbqu flus il-poplu ... 

Waqt li kien qiegħed jindirizza laqgħa politika fil-każin Nazzjonalista tal-Ħamrun, Busuttil qal li din il-ġimgħa kellu laqgħa mal-attivisti fil-festa tat-Tre Re u ftakar li anke f'pajjiżna hawn tliet rejiet li qed iberbqu flus il-poplu. Huwa sostna li waqt li fid-dinja l-populiżmu qed jikber fit-theddida tiegħu, f'Malta diġa għandna gvern populista li ħataf l-istituzzjonijiet, qed iħalli l-korruzzjoni tiżdied u jipprova joħnoq leħen is-soċjeta ċivili.

Waqt li sostna li l-mistoqsija li għandu jagħmel il-poplu din is-sena hija jekk hux aċċettabbli aktar li jibqa' jitmexxa minn gvern korrott, Busuttil irrefera għall-istqarrija ta' Salvu Mallia li jitlaq mill-PN jekk jagħlaqlu ħalqu u qallu li fil-PN tista' titkellem bla biżgħa għax jekk ma taqbilx miegħu ma jkissrekx.

F'Malta diġa għandna gvern populista li ħataf l-istituzzjonijiet, qed iħalli l-korruzzjoni tiżdied u jipprova joħnoq leħen is-soċjeta ċivili Simon Busuttil

Busuttil reġa' attakka lill-Imħallef Toni Abela u qal li ma jistennix li dan se jagħmel ġustizzja miegħu jekk jidher quddiemu wara dak li qal kontra l-PN u ddikjara li jekk jitla' fil-Gvern jara li Gvern Nazzjonalista jieħu lura l-Workers Memorial Building mill-GWU.

 

More in Politika