Jirriżenja ħabta u sabta l-aqwa negozjatur li kellha l-Ingilterra għal Brexit

Dan wara li qajjem kontroversja sħiħa meta qal li n-negozjati jieħdu madwar 10 snin

L-ambaxxatur Ingliż għall-UE ħabta u sabta tefa' r-riżenja tiegħu minn din il-kariga, ftit ġimgħat wara li wissa li biex l-Ingilterra tinnegozja trattat ġdid jieħu madwar 10 snin, u din it-twissija qajmet kjass sħiħ.

Sir Ivan Rogers kien mistenni li jibqa' jżomm il-kariga sa tmiem is-sena li ninsabu fiha, iżda ddeċieda li jirriżenja qabel u ħalla diversi uffiċċjali Ingliżi taħt xokk li tilfu wieħed mill-aqwa negozjaturi b'esperejnza għall-pajjiż.

Ma taha ebda raġuni għar-riżenja tiegħu. Għalkemm kien hemm tensjonijiet ċari mal-uffiċċju tal-Prim Ministru wara li ħareġ fil-beraħ il-fatt li n-negozjati kienu se jwasslu sa nofs l-2020 biex l-UE taċċetta u tirratitifka it-trattat komprensiv mal-Gran Brittanja.

More in Politika