'Af li Jason Azzopardi mhux tad-daħk iżda tal-biki'

'Għal Jason Azzopardi jidher li ma fiha xejn li filgħodu hu, l-partit tiegħu, sħabu u xi akkolti oħra jagħmlu l-argument “politiku” li dan ma kien hijack xejn biex imbagħad, wara, jdeffes imnieħru fil-każ'

Il-Viċi Chairman tal-Alternattiva Demokratika, Carmel Cacopardi, għadu kif ħareġ jattakka d-deċiżjoni tax-shadow minister Nazzjonalista Jason Azzopardi li jiddefendi lil wieħed mill-hijackers li l-istess Azzopardi u l-Partit Nazzjonalista, skont Cacopardo, kienu mexxew l-argument politiku li dan ma kien hijack xejn.

Cacopardo fil-blog iebes tiegħu kiteb hekk:

Waqt li għaddejja l-polemika dwar jekk il-hijack tal-Afriqiyah Airways tat-23 ta’ Diċembru 2016 fi triqtu bejn Sebha u Tripli kienx wieħed reali jew finta toħroġ l-aħbar fuq it-Times of Malta tal-lum li Jason Azzopardi, l-avukat, ix-shadow Minister għall-Ġustizzja, d-demokrazija u x’ma nafx x’iktar, ser ikun wieħed mill-ko-difensuri ta’ dawk akkużati bil-ħtif tal-ajruplan.

"Għal Jason Azzopardi jidher li ma fiha xejn li filgħodu hu, l-partit tiegħu, sħabu u xi akkolti oħra jagħmlu l-argument “politiku” li dan ma kien hijack xejn biex imbagħad, wara, jdeffes imnieħru fil-każ.

Ovvjament għal Jason Azzopardi m'hemm l-ebda kunflitt ta’ interess, bejn ir-responabbiltajiet tiegħu ta’ Membru Parlamentari u d-difiża tal-hijackers tal-Afriqiyah Airways. Anzi għandu kull dritt li jiżżattat. Jekk għadu ma fehemx li mhux postu hemm, għadu ma fehem xejn.

Ir-raġel af li mhux tad-daħk imma tal-biki. Ngħid il-veritá bdejt nitħassar lill-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil li spiċċa mdawwar b’dawn it-tip ta’ nies."

More in Politika